Nominazzjonijiet għal Kandidati għall-Elezzjoni għall-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji 2025
Il-Kummissjoni Elettorali,li se tmexxi l-elezzjoni tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji appuntat permezz tal-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap. 437), tgħarraf illi n-nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni għall-Kunsill tal-Kirugi Veterinarji ser jintlaqgħu sa mhux aktar tard mis-13:00 ta’ nhar il-Ħamis, 17 ta’ Lulju 2025 għand is-Sur Daniel Bugeja fil-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji, Animal Health and Welfare Department, Triq il-Biċċerija, Marsa, MRS1123, Malta jew skannjati bl-email fuq [email protected]. Jekk jintbagħtu bl-email, l-oriġinal irid jintbagħat bil-posta.
Kull persuna residenti Malta li hi rreġistrati fir-Reġistru tal-Veterinarji hija eliġibbli u għanda d-dritt li tkun nominata, li tkun sekondata, li tinnomina, jew li tissekonda, u li tivvota fl-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji.
Il-kandidati għandhom jiġu nominati permezz tal-formola apposta li tista tinġabar mingħand is-Sur Daniel Bugeja fl-indirizz imsemmi hawn fuq jew b’talba permezz ta’ email fuq [email protected].
Jekk ikun hemm aktar nomini milli huwa neċessarju fil-kategorija, issir elezzjoni biex jimtlew il-postijiet rispettivi nhar it-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2025 bejn it-08:00 u s-17:00. Il-votazzjoni ssir online u l-kandidati eliġibbli jirċievu l-link tagħhom biex jivvutaw fuq l-indirizz elettroniku li għandhom irreġistrat mal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji.
L-ismijiet tal-kandidati kollha li se jikkontestaw għall-elezzjoni jkunu mgħarrfa lill-votanti eliġibbli kollha bl-email nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju 2025.
Kull Kirurgu Veterinarju Reġistrat li jemmen li l-indirizz elettroniku (e-mail) li għandu l-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji mhux aġġornat għandu jibgħat email fuq [email protected] sabiex jiżgura li jirċievi l-lista tal-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni jekk ikun il-każ.
Kull Kirurgu Veterinarju Reġistrat eliġibbli li jivvota u li mhux se jkollu aċċess għall-internet waqt il-ħin tal-elezzjoni jista’ jawtorizza Kirurgu Veterinarju ieħor eliġibbli biex jivvota f’ismu/f’isimha. Formoli ta’ ‘Proxy’, mimlija u ffirmati kif mehtieġ, għandhom jaslu għand is-Sur Daniel Bugeja fl-indirizz imsemmi hawn fuq mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju 2025 u jkunu validi biss jekk l-elezzjoni tkun meħtieġa. Kopji skannjati mibgħuta bl-email fuq [email protected] jiġu aċċettati iżda l-oriġinal trid tintbagħat bil-posta aktar tard.