Il-Kunsill Veterinarju jixtieq jirringrazzja lill-ġurnalista Cristian Muscat talli intervista lill-Chairperson tal-Kunsill dwar is-suġġett importanti tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar tal-professjoni veterinarja f’Malta. L-intervista, ippubblikata fuq il-portal Talk.mt, toffri spazju għal aktar għarfien u trasparenza dwar ix-xogħol li qed isir biex titjieb il-governanza u l-istandards f’dan il-qasam.