Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Abbozz il-Ġdid tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-liċenzjar għall-Professjoni tal-Kirurgi Veterinarji
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel ser iniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-Avviż Legali dwar ir-Regolamenti tal-Professjoni tal-Kirurgi Veterinarji (Reġistrazzjoni u Liċenzji), 2026.
Il-leġiżlazzjoni proposta tistabbilixxi qafas regolatorju aġġornat li jirregola r-reġistrazzjoni, il-ħruġ tal-warrant u l-obbligi professjonali tal-Kirurgi Veterinarji f’Malta.
Il-perjodu tal-konsultazzjoni pubblika ser jibda nhar it-Tnejn, 20 ta’ Lulju 2026, u jintemm nhar it-Tnejn, 07 ta’ Settembru 2026. Matul dan il-perjodu, il-partijiet interessati u l-membri tal-pubbliku huma mistiedna jaċċessaw u jikkonsultaw l-abbozz tal-Avviż Legali u jippreżentaw il-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom permezz tas-sit konsultazzjoni.gov.mt.
Ħolqa diretta mal-Portal tal-Konsultazzjoni Ħolqa Diretta mal-Abbozz ta’ Avviż Legali
Ser issir ukoll sessjoni ta’ konsultazzjoni pubblika bil-preżenza fiżika nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Lulju 2026, mid-09:00 sat-12:00 (Vivaldi Hotel, STJ 06, Triq Dragonara San Ġiljan Dragonara Road, St Julians Triq Dragunara, St Julian’s STJ 06). Dawk li jixtiequ jattendu huma ġentilment mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jibagħtu email fuq [email protected] sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 15 ta’ Lulju 2026.