Il-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji iħeġġeġ għal Sidien Responsabbli ta’ Pets u Servizzi Veterinarji ta’ Emerġenza
Il-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji, iħeġġeġ lill-pubbliku biex jipprijoritizza s-sjdien responsabbli tal-annimali domestiċi u s-saħħa u l-benessri tal-annimali tagħhom.
Is-sidien tal-annimali domestiċi huma mħeġġa jistabbilixxu relazzjoni konsistenti u affidabbli ma’ veterinarju tal-għażla tagħhom, peress li l-professjonisti veterinarji għandhom rwol kritiku biex jiggwidawhom dwar il-kura preventiva u jiżguraw aċċess għal servizzi ta’ emerġenza meta jkun meħtieġ. Li wieħed ikun infurmata dwar kif tikkuntattja veterinarju jew taċċessa s-servizzi ta’ emerġenza barra l-ħinijiet regolari tal-klinika hija essenzjali għal sidien responsabbli ta’ annimali domestiċi, bil-prevenzjoni isservi bħala l-pedament tas-saħħa tajba tal-annimali.
Is-servizzi veterinarji f’ Malta huma regolati taħt ir-Regolamenti dwar Stabbilimenti Veterinarji Privati (Liċenzjar) SL 437.106. Din il-leġiżlazzjoni tobliga li l-istabbilimenti veterinarji kollha jipprovdu jew ikunu parti minn servizz ta’ emerġenza ta’ 24 siegħa. Kirurgi veterinarji li li m’għadhomx aċċess għal stabbiliment veterinarju jew klinika huma obbligati jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar l-arranġamenti għall-aċċess għas-servizz ta’ emerġenza. Ir-regolamentazzjoni tal-professjoni veterinarja f’Malta hija mmexxija mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji, li joħroġ warrants lill-veterinarji prattikanti. Il-Kunsill jistabbilixxi standards etiċi, jippromwovi prattika tajba, jinvestiga lmenti ta’ kondotta ħażina, u jimplimenta miżuri dixxiplinarji meta jkun xieraq.
Il-klijenti huma mfakkra biex ifittxu mezzi xierqa meta jressqu lmenti dwar imġieba ħażina veterinarja. L-ilmenti jridu jitressqu permezz ta’ formola ta’ lmenti uffiċjali, li tista’ titniżżel mill-webpage tal-Kunsill jew tintalab permezz ta’ email fuq [email protected]. Formoli u struzzjonijiet huma disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Il-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji, jenfasizzaw l-importanza li wieħed iżomm mal-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata kura veterinarja xierqa.
Il-pubbliku huwa assigurat li fin-nuqqas li jiġu sodisfatti dawn l-obbligi, titieħed azzjoni kif xieraq. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji. Flimkien, ejjew naħdmu biex nissalvagwardjaw is-saħħa tal-annimali u niżguraw sidien responsabbli tal-annimali domestiċi f’Malta.