Nominazzjonijiet għal Kandidati għall-Elezzjoni għall-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji 2025

Il-Kummissjoni Elettorali,li se tmexxi l-elezzjoni tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji appuntat permezz tal-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap. 437), tgħarraf illi n-nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni għall-Kunsill tal-Kirugi Veterinarji ser jintlaqgħu sa mhux aktar tard mis-13:00 ta’ nhar il-Ħamis, 17 ta’ Lulju 2025 għand is-Sur Daniel Bugeja fil-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji, Animal Health and Welfare Department, Triq il-Biċċerija, Marsa, MRS1123, Malta jew skannjati bl-email fuq [email protected]. Jekk jintbagħtu bl-email, l-oriġinal irid jintbagħat bil-posta.

Kull persuna residenti Malta li hi rreġistrati fir-Reġistru tal-Veterinarji hija eliġibbli u għanda d-dritt li tkun nominata, li tkun sekondata, li tinnomina, jew li tissekonda, u li tivvota fl-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji.
Il-kandidati għandhom jiġu nominati permezz tal-formola apposta li tista tinġabar mingħand is-Sur Daniel Bugeja fl-indirizz imsemmi hawn fuq jew b’talba permezz ta’ email fuq [email protected].

Jekk ikun hemm aktar nomini milli huwa neċessarju fil-kategorija, issir elezzjoni biex jimtlew il-postijiet rispettivi nhar it-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2025 bejn it-08:00 u s-17:00. Il-votazzjoni ssir online u l-kandidati eliġibbli jirċievu l-link tagħhom biex jivvutaw fuq l-indirizz elettroniku li għandhom irreġistrat mal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji.

L-ismijiet tal-kandidati kollha li se jikkontestaw għall-elezzjoni jkunu mgħarrfa lill-votanti eliġibbli kollha bl-email nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju 2025.

Kull Kirurgu Veterinarju Reġistrat li jemmen li l-indirizz elettroniku (e-mail) li għandu l-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji mhux aġġornat għandu jibgħat email fuq [email protected] sabiex jiżgura li jirċievi l-lista tal-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni jekk ikun il-każ.

Kull Kirurgu Veterinarju Reġistrat eliġibbli li jivvota u li mhux se jkollu aċċess għall-internet waqt il-ħin tal-elezzjoni jista’ jawtorizza Kirurgu Veterinarju ieħor eliġibbli biex jivvota f’ismu/f’isimha. Formoli ta’ ‘Proxy’, mimlija u ffirmati kif mehtieġ, għandhom jaslu għand is-Sur Daniel Bugeja fl-indirizz imsemmi hawn fuq mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju 2025 u jkunu validi biss jekk l-elezzjoni tkun meħtieġa. Kopji skannjati mibgħuta bl-email fuq [email protected] jiġu aċċettati iżda l-oriġinal trid tintbagħat bil-posta aktar tard.

vsc.gov.mt
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.