Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Abbozz il-Ġdid tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-liċenzjar għall-Professjoni tal-Kirurgi Veterinarji

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel ser iniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-Avviż Legali dwar ir-Regolamenti tal-Professjoni tal-Kirurgi Veterinarji (Reġistrazzjoni u Liċenzji), 2026.

Il-leġiżlazzjoni proposta tistabbilixxi qafas regolatorju aġġornat li jirregola r-reġistrazzjoni, il-ħruġ tal-warrant u l-obbligi professjonali tal-Kirurgi Veterinarji f’Malta.

Il-perjodu tal-konsultazzjoni pubblika ser jibda nhar it-Tnejn, 20 ta’ Lulju 2026, u jintemm nhar it-Tnejn, 07 ta’ Settembru 2026. Matul dan il-perjodu, il-partijiet interessati u l-membri tal-pubbliku huma mistiedna jaċċessaw u jikkonsultaw l-abbozz tal-Avviż Legali u jippreżentaw il-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom permezz tas-sit konsultazzjoni.gov.mt.

 

Ħolqa diretta mal-Portal tal-Konsultazzjoni                 Ħolqa Diretta mal-Abbozz ta’ Avviż Legali

 

Ser issir ukoll sessjoni ta’ konsultazzjoni pubblika bil-preżenza fiżika nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Lulju 2026, mid-09:00 sat-12:00 (Vivaldi Hotel, STJ 06, Triq Dragonara San Ġiljan Dragonara Road, St Julians Triq Dragunara, St Julian’s STJ 06). Dawk li jixtiequ jattendu huma ġentilment mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jibagħtu email fuq [email protected] sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 15 ta’ Lulju 2026

Public Consultation for new legislation
vsc.gov.mt
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.